Iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri ġie imsejjaħ biex jixhed fi Strasburgu quddiem il-Kumitat PANA fit-18 ta’ Mejju li ġej. U din it-talba saret bi qbil unanimu bejn il-gruppi politiċi kollha, inkluż is-Soċjalisti.
Hekk stqarr iċ-chairperson tal-Kumitat PANA Werner Langen f’ittra lill-media wara li l-kelliem tal-Gvern Kurt Farrugia prova jinsinwa li Langen aġixxa b’aġenda partiġjana.
“Aħna tlabna lill-Prim Ministru Muscat biex juża’ l-awtorita’ li għandu u jaċċettaw din it-tieni stedina li għamilna lil Schembri”, qal Langen fl-istqarrija.
Hu qal illi jinsab sorpriż b’dak li qal Kurt Farrugia f’kummenti lill-media lokali. Sa issa, il-Kumitat PANA fi ħdan il-Parlament Ewropew għadu ma rċeviex risposta minn naħa tal-Gvern Malti fuq din l-istedina li għamel lil Schembri.
Fit-30 ta’ Mejju l-Kumitat PANA se jiltaqa’ wkoll mal-Presidenza Maltija tal-UE.
//= $special ?>