Internazzjonali

Deskritt bħala att barbaru

L-attakk b'armi kimiċi fis-Sirja

Att barbaru. Hekk qed ikun deskritt l-attakk li sar b’armi kimiċi fuq belt fil-Majjistral tas-Sirja u li tinsab f’idejn ir-ribelli. S’issa t-tort ta’ dan l-attakk qed jaqa’ fuq ir-regim tal-President Bashar al-Assad li minn naħa tiegħu qed jiċħad. Anke r-Russja li hi alleata ta’ Assad qed tiċħad li kienet involuta u qed tgħid li kienu r-ribelli li wettqu l-attakk bl-armi kimiċi.

Fl-attakk li ġab rabja fuq livell internazzjonali, mietu mas-sittin persuna, inklż tfal. Fl-attakk kienu sparati anke rockets lejn kliniċi li kienu qed idewwu lill-midruba.

Jekk ikun konfermat li ntużaw l-armi kimiċi, dan ikun l-agħar attakk minn mindu bdiet il-gwerra ċivili fis-Sirja sitt snin ilu.