L-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Inġinerija (UESA) organizzaw konferenza li fiha ddiskutew l-R&D u l-Quality Control biex ikabbru l-għarfien tal-istudenti u jippromwovu l-opportunitajiet ta’ impjieg għall-istudenti.
L-istudenti kienu indirizzati mid-Deputat Dekan Michael Saliba u minn diversi inġiniera oħra li ddiskutew mal-istudenti l-effetti ta’ Brexit, l-importanza tal-ideat, il-kumpaniji lokali u l-opportunitajiet internazzjonali.
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus, li hu l-ewwel u l-uniku inġinier fil-parlamnet, ingħaqad mal-istudenti li tklelem dwar il-bidu tal-karriera politika ttiegħu u dwar l-impenn tiegħu fil-UESA.
//= $special ?>