Kummerċ Lokali

Frank V. Farrugia elett President tal-Kamra tal-Kummerċ

Il-kunsill il-ġdid tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u l-Industrija f’laqgħa li kellu llum ħatar lil Frank V.Farrugia bħala l-president tal-Kamra.

Is-sur Farrugia kienu ilu fil-kariga ta’ deputat President tal-Kamra tal-Kummerċ mill-2015 filwaqt li kien ukoll Viċi President fis-sentejn ta’ qabel.

Hekk kif indirizza l-kunsill għall-ewwel darba, Frank V. Farrugia insista li l-prijoritajiet tal-presidenza tiegħu għas-sentejn li ġejjin se jkunu l-ewwel u qabel kollox biex ikomplu jirrapreżentaw bl-akbar professjonalità lin-negozji filwaqt li jilqa’ kull sfidi ġodda li lest joffri l-ġejjieni.

Huwa sostna li jinsab ħerqan sabiex jaħdem mal-membri, bords u kumitati tal-Kamra, bil-għan li jġib it-tibdiliet neċessarji li hemm bżonn biex jintlaħqu riżultati ta’ aktar kompettitività għal Malta.

Farrugia, li ngħaqad mal-Kamra tal-Kummerċ lura fl-1976, bħalissa huwa fost oħrajn membru mill-Bord tad-Diretturi fi ħdan Jobs Plus, Trade Malta kif ukoll tal-Malta Enterprise.