Lokali Parlament

Id-deċiżjonijiet dwar l-ażil għandhom jittieħdu kemm jista’ jkun malajr

– Beppe Fenech Adami, PN

Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami qal li d-deċiżjonijiet dwar l-ażil tar-refuġjati jew immigranti għandhom ikunu deċiżi kemm jista’ jkun malajr biex b’hekk jitnaqqsu t-tensjonijiet li jistgħu jinħolqu fil-pajjiż.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar l-att li jmenda l-liġi dwar ir-refuġjati, Beppe Fenech Adami qal li l-problemi intenrazzjnali u l-gwerer tant huma mifruxa li llum il-popli ma sarux jagħtu iktar każ; fost dawn hemm il-gwerra tas-Sirja fejn inużaw l-armi kimiċi li qatlu tfal, nisa u anzjani.

Beppe Fenech Adami – Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista

Hu kompla li saru l-kundanni internazzjonali iżda d-dinja tibqa’ impotenti quddiem traġedji bħal dawn. L-istess sitwazzjoni qed isseħħ fl-Iraq fejn meded kbar ta’ art hi maħkuma mit-terroristi tal-ISIS. Dan qed iwassal beix qed isseħħ l-ikbar esodu ta’ nies minn dawn il-pajjiż mhux daqshekk bogħod min Malta. Minkejja d-diskors, fil-Libja għad hemm sitwazzjoni ta’ kaos.

Beppe Fenech Adami tkellem dwar il-proċedura fl-applikazzjonijiet għall-ażil fejn fil-pajjiż hawn numru ta’ appelli minn deċiżjoni tal-Kummissarju li qed idumu biex ikunu proċessati. Dan qed iwassal għal sitwazzjoni fejn persuni li ħaqqhom jew ma ħaqqhom l-ażil jkunu f’inċertezza.

L-Oppożizzjoni hi favur il-proposti tal-Gvern beix l-appelli fuq l-applikazzjoni li jkunu miċħuda jidbew jinstew mill-Bord tal-Appell tar-Refuġjati. Hu dritt fundamentali tal-bniedem biex issir ġustizzja mingħajr dewmien u bi proċess ġust. Il-persuni f’dawn il-bordijiet iridu jkunu nies ta’ esperjenza u t-taħriġ meħtieġ biex jiddeċiedu dawn il-każi.

Il-Viċi-Kap tal-PN qal li l-akbar sfida li għandha l-UE hu t-theddida kbira tal-popoliżmu li ma jagħtix soluzzjonijiet reali għall-problemi. Dan qed iseħħ f’diversi pajjiżi fosthom fl-Ingilterra fejn il-poplu Ingliż ivvota biex joħroġ mill-UE. Hu qal li f’ħafna pajjiżi qed isiru kampanji ibbażati fuq il-biża’, kif ġara fl-Olanda u fi Franza.

Beppe Fenech Adami qal li fis-snin li għaddew Malta esperjenzat il-mewġa ta’ eluf ta’ refuġjati, li ħallew impatt soċjali fuq il-pajjiż. Wara snin ta’ ħidma, fl-UE qed ikun rikonoxxut li l-problema tal-immigrazzjoni mhix biss il-problema tal-pajjiż li jirċievi l-immigranti iżda problema tal-UE kollha. Dan hu prinċipju li kien aċċettat biex il-piż jintrefa b’mod obbligatorju minn kulħadd. Mhux il-pajjiżi kollha qed jonoraw l-obbligazzjonijiet tagħhom.

Malta ma kinitx preparata għall-eluf ta’ immigranti f’mument meta l-pajjiż tħalla jaqdef waħdu li wassal għal sens ta’ inkwiet fost il-poplu. Dan wassal għal razziżmu u għal reżistenza minn parti mi-soċjetà Maltija. Il-poplu Malti tgħallem kif għandu jipprepara għal dawn is-sitwazzjonijiet.

Beppe Fenech Adami tkellem dwar is-sitwazzjoni fil-Marsa u qal li din il-lokalità l-aktar li ħasset l-impatt tal-wasliet tal-immigranti fil-pajjiż. L-open centers impattew il-ħajja tal-komunità tal-Marsa, li ma kinitx preparata għal mijiet ta’ persuni barranin. Fil-Marsa hemm diżordni u biża’ partikolarment mill-anzjani.

F’Ħal Balzan is-sitwazzjoni ħadmet ħafna aħjar fejn l-impatt tar-refuġjati ma kellhix impatt negattiv fuq il-komunità. L-edukazzjoni hi ċ-ċavetta għal kull soluzzjoni. Irid jinstab mkod kif il-Maltin u r-refuġjati jgħixu flimkien waqt li ssaltan is-saltna tad-dritt.

Għad hawn problema ta’ infurzar fejn mhux attwata l-liġi tad-dritt. L-ekonomija għandha bżonn numru kbir ta’ barranin għalkemm għandu jkun hemm ġustizzja fil-mod kif is-sidien Maltin jimpjegaw lill-barranin f’Malta. L-inġustizzji fil-konfront tal-ħaddiema Maltin ġusti joħolqu tensjonijiet soċjali. Fil-pajjiż hawn sens ta’ ħafna barranin li mhux suppost jinsabu Malta, jinsabu b’visa skaduta jew li minkejja li għandhom permess biex ikunu f’Malta qed jaħdmu b’mod illegali. Dan mhux aċċettabbli għall-Oppożizzjoni. Il-prekarjat qed jitkattar għaliex għad hawn eluf ta’ Maltin li ma jaqilgħux paga diċenti minħabb ali hawn numru kbir ta’ barranin li qed jaħdmu b’mod dillegali.

Beppe Fenech Adami qal li qed jinqalgħu inċidenti f’postijiet ta’ divertiment li fihohm ikunu involuit barranin fil-pajjiż. Il-Gvern għandu jindirizza din ir-realtà bi preżenza ta’ forzi tal-ordni biex dawn jonqsu.