Il-UĦM Voice of the Workers laħqet bażi ta’ ftehim mal-Gvern u l-Qorti dwar il-kwistjoni tad-Deputati Registraturi.
Permezz ta’ dan il-qbil, ser jkun iffirmat ftehim settorali ġdid għal dawn il-ħaddiema bl-iskop
li tinħoloq struttura biex l-istess ħaddiema jibbenefikaw minn żidiet, kemm fil-paga kif ukoll
fl-allowances tagħhom. Dan il-ftehim se jkun spjegat lill-ħaddiema, membri fil-UĦM, fil-jiem li ġejjin u wara se
jkollhom il-possibbilta’ li jieħdu vot fuqu.
Il-UĦM Voice of the Workers tinsab sodisfatta għax fejn kien hemm bżonn sabet il-ħaddiema
kollha jsegwu d-direzzjoni tagħha. Min-naħa l-oħra tikkundanna lil min aċċetta li jiġi wżat
biex jipprova jifred u jdgħajjef l-għaqda tal-ħaddiema.