Lokali

Jaqlawlhom denbhom u jitwaħħal fuq rashom

L-għasafar b'denbhom maqtugħ u mwaħħal fuq rashom.

Lanqas l-għasar tal-bejt ma ħelsuha minn taħt idejn persuna jew persuni mhux magħrufa f’każ ieħor ta’ moħqrija tal-annimali.

Dan hekk kif sensiela ta’ ritratti li ttellgħu onlajn juru żewġ għasafar tal-bejt mhux tas-soltu – denbhom maqtugħ, u żewġ rixiet li aktarx huma mill-istess denb li twaħħlu fuq rashom.

Ir-ritratti juru b’mod evidenti li dan mhux każ ta’ kumbinazzjoni, iżda hu ċar li dan l-att twettaq minn xi ħadd.

Ir-ritratti qanqlu rabja kbira fi gruppi tal-għasafar f’pajjiżna, b’ħafna jikkundannaw dan l-aġir. Jekk jinqabad min għamel dan l-att jista’ jeħel kemm multi kif ukoll pieni ta’ ħabs.