Futbol Sport

Lazio jgħaddu għall-finali tal-Coppa Italia

Lazio għaddew għall-finali tal-Coppa Italia li se tintlagħab fit-2 ta’ Ġunju wara li eliminaw lil Roma. Ilbieraħ it-tieni leg tas-semifinali spiċċat 3-2 u favur Roma u b’hekk Lazio għaddew b’aggregate ta’ 4-3 wara li kienu rebħu l-ewwel leg 2-0.

Wara 37 minuta kienu huma li fetħu l-iskor permezz ta’ MILINKOVIC li skurja minn rebound wara li Alisson kien salva xutt ta’ Immobile.

Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima EL SHAARAWY ġab id-draw b’gowl minn ġewwa l-kaxxa wara li approfitta minn clearance difettuża ta’ Vrij.

10 minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima Lazio reġgħu marru fil-vantaġġ meta IMMOBILE approfitta minn żball kbir tad-difiża, avanza u għeleb lill-gowlkiper avversarju għat-2-1.

Fis-66 minuta SALAH ġab id-draw minn rebound u fil-ħin miżjud skurja ieħor imma kien tard wisq għal rimonta.

Fil-finali Lazio jilagħbu kontra min jgħaddi bejn Napoli jew Juventus.