Lokali

Sfrattata dik li kienet se tkun serqa oħra f’pompa tal-petrol

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-3a.m. raġel ta’ 41 sena kien arrestat mill-Pulizija f’pompa tal-petrol f’Bir id-Deheb fiż-Żejtun wara li kien suspettat li se jwettaq serqa.

Ir-raġel mill-Ħamrun twaqqaf mill-Pulizija wara suspett li kien involut f’ sensiela ta’ serq minn diversi pompi tal-petrol fosthom ġewwa l-Għargħur, il-Gżira u ż-Żejtun stess.

Fil-pussess tiegħu nstabu oġġetti relatati mas-serq, fosthom balaklava u turnaviti fost oġġetti oħra, għaldaqstant ir-raġel ġie arrestat.