Ir-raġel li lbieraħ filgħodu nstab mejjet f’Marsaskala, fi stqarrija l-Pulizija qalet li kien identifikat bħala Serb ta’ 31 sena.
Il-Katavru nstab ilbieraħ filgħodu f’wiċċ il-baħar mill-inħawi Ta’ Fajtata, viċin il-bajja San Tumas f’Marsaskala.
Ir-raġel jidher li kien mixi waħdu u żelaq b’konsegwenza li waqa’ u ħabat rasu.
L-identita’ tar-raġel ma’ kienitx magħrufa qabel l-istqarrija tal-Pulizija tard illum wara nofsinhar.
L-istħarriġ tal-Pulizija fuq dan il-każ għadu għaddej.
//= $special ?>