F’dawn l-aħħar jiem Keiran Mifsud u Yazmin Zammit Stevens ħadu sehem fil-Kampjonati tal-Ewropa u Zammit Stevens kellha wirja mill-aqwa hekk kif waqqfet rekord nazzjonali.
Hi waqqfet rekord nazzjonali fis-snatch ta’ 166 kg.
Zammit Stevens ħadet sehem fil-kategorija tat-63 kg fejn minkejja li ma kellhiex l-aqwa wirja tagħha għal din is-sena, rnexxielha ttemm il-parteċipazzjoni tagħha fis-seba’ post fl-Ewropa.
Il-kompetizzjoni intrebħet minn Irene Martinez ta’ Spanjka qabel Ina Andersson tan-Norveġja.
Wara zammit Stevens spiċċaw Alexandra Klatsia ta’ Cipru, Amanda Simonson tad-Danimarka, Laura Lozova tar-Repubblika Ċeka, Aolfe McNeill tal-Irlanda u Sarit Kalo tal-Iżrael.
Jesmond Caruana, President tal-Federazzjoni Maltija tal-Weightlifting, li huwa wieħed mill-uffiċjali ewlenin tal-Kampjonati, fil-bidu tal-Kampjonati tal-Ewropa attenda għall-Kungress tal-Federazzjoni Ewropoea tal-Weightlifting.
//= $special ?>