Dalgħodu, it-traffiku fit-toroq ikompli jinġema. Bosta nies li tkellmu ma’ NET News stqarru li minħabba dan it-traffiku huma waslu tard fuq il-post tax-xogħol, u anke kien hemm min wassal lit-tfal tard l-iskola.
L-aktar toroq li minnhom waslu ilmenti kienu bejn il-Ħamrun u l-Marsa. Pero wkoll kien hemm bnadi oħra li kienu mwaħħla, fosthom Ħal Luqa, Qormi, Sliema u Msida.
Jidher li din il-perċezzjoni għadha problema kbira f’Malta.
//= $special ?>