Anzjan ta’ 78 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta bejn il-mutur li kien qed isuq ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 27 sena minn Ħ’Attard.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
Mill-ewwel stħarriġ mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha u karozza tat-tip Peugeot. Sussegwentement, il-mutur li kien qiegħed jinstaq mill-anzjan ħabat ukoll ma’ vettura oħra li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Mara li kienet qiegħda ssuq il-karozza wkoll ittieħdet l-isptar minnħabba li kienet qiegħda ssofri minn xokk qawwi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>