Nhar il-Ħadd li ġej l-‘Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi’ se torganizza is-s-sitt attività mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Matul dan il-program li se jieħdu sehem il-karozzi Autocross u muturi Motocross.
Ta’ min jinnota li l-Assoċjazzjoni ser tkun qed tibdel ftit il-mod kif isiru t-tiġrijiet. Dan qed isir biex ma jkunx hemm dewmien bejn it-tlielaq.
Il-Ħadd il-programm se jibda fid-9am bil-muturi Motocross waqt li l-karozzi Autocross jibdew f’nofsinhar. Il-programm jintemm bid-Demolition tal-karozzi żgħar li mistennija tibda fit-3:30pm.
Għal din l-edizzjoni tad-Demolition irreġistraw 19 il-karozza li ma jkunux ikbar minn erba’ metri.
Intant nhar il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni organizzatat it-tielet attività mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti mis-sezzjoni Trials, liema attivita saret fil-Barriera tal-Qassis ta’ Ħondoq ir-Rummien fil-Qala f’Għawdex fejn ikkkompetew disa’ kompetituri maqsuma fi klassi tan-novizzi u l-oħra għal sewwieqa b’ħiliet u esperjenza f’dan il-qasam.
Fi Klassi A Damon Bonello fuq mutur Gas Gas rebaħ il-klassi u kien segwit minn Antonio Leonardi fuq mutur Gas Gas ukoll.
Fit-tielet post daħal Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas filwaqt li fir-raba’ post daħal Rowen Bonello fuq mutur Beta.
Fi Klassi B Daniel Inguanez fuq mutur Beta rebaħ u kien segwit minn Tony Curmi fit-tieni post fuq muturi Beta wkoll. Fit-tielet post spiċċa Manuel Camilleri fuq Mutur Gas Gas.
Iktar informazzjoni wiehed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt.
//= $special ?>