Futbol Sport

EUROPA LEAGUE – Tibdil fid-data tal-finali

Il-Uefa ħabbret li mill-2019 ‘il quddiem, il-finali tal-Europa League se tibda tintlagħab fl-istess ġimgħa li fiha tintlagħab il-finali taċ-Champions League.

Bħalissa l-finali tal-Europa League tintlagħab ġimgħa qabel il-finali tal-kompetizzjoni l-oħra imma l-Ueaf trid li l-finali tal-Europa League tintlagħab fi tmiem l-istaġun.

Din is-sena l-finali tal-Europa League se ssir fl-24 ta’ Mejju filwaqt li taċ-Champions League se ssir fit-3 ta’ Ġunju.

B’hekk, fl-istaġun tal-2018-19 il-finali tal-Europa League se ssir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Mejju. Barra minn hekk il-Uefa ħabbret li l-Kampjonati Ewropej għat-timijiet ta’ taħt il-21 sena se jsiru fl-Italja bejn is-16 u t-30 ta’ Ġunju.