Aktar kmieni llum, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u l-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia kellhom laqgħa fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, li matulha komplew jiddiskutu l-possibilità ta’ ħidma politika komuni bejn iż-żewġ naħat.
Id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat kienu bdew wara li fid-diskors tiegħu fl-Indipendenza, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien għamel sejħa għal koalizzjoni nazzjonali kontra l-korruzzjoni.
Quddiem l-aktar Gvern korrott fl-istorja ta’ pajjiżna iż-żewġ naħat qablu li għandhom jaħdmu flimkien biex jagħtu lill-poplu Malti Gvern nadif u tmexxija serja.
Minbarra l-governanza tajba, iż-żewġ naħat jaqblu li għandhom jiffukaw il-ħidma komuni tagħhom biex l-ekonomija tkun sostenibbli u minnha jgawdi kulħadd, fuq il-ġustizzja soċjali, fuq il-ħarsien xieraq tal-ambjent u fuq it-tiġdid Kostituzzjonali li għandu bżonn il-pajjiż.
//= $special ?>