Lokali

FILMAT: Jisraq mobile u jaħrab jiġri minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

Jisraq il-mobile u jaħrab jiġri

Raġel qed ikun imfittex mill-Pulizija wara li kif jidher fil-filmat, daħal f’ħanut tal-mobiles fi triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar u seraq mobile.

Jirriżulta li r-raġel mar fil-ħanut tal-mobiles u kif is-sid għaddielu l-mobile f’idu, hu ħares lejh u ħarab jiġri kemm jiflaħ bih.

Is-sid qed jitlob biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha l-Pulizija waqt li hu qed joffri wkoll flus kontanti f’każ li l-informazzjoni twassal biex jinqabad il-ħalliel.

Tags