Minkejja li għaddew xhur minn meta’ faqqa’ l-iskandlu tal-Panama Papers – dan il-każ għadu l-bogħod milli jkun kapitlu magħluq. Il-Ministru Konrad Mizzi jkompli jaħrab mill-mistoqisjiet tal-ġurnalist bis-soltu żewġ kelmiet: “Eżawrixxejt is-suġġett”.
NET News staqsa lill-Ministru Konrad Mizzi għalfejn hu deher quddiem il-Kumitat Pana, maħtur mill-Parlament Ewropew – imbagħad iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri ma marx. Iżda hawnhekk bqajna bla risposta.
Wara li ma rrispondiex l-ewwel mistoqsija, NET News staqsa: jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat għandux jordna lil Keith Schembri jidher quddiem il-kumitat Pana.
Minkejja dan kollu u mistoqsijiet mill-ġurnalisti Konrad Mizzi baqa’ evaziv fit-twegibiet tiegħu.
//= $special ?>