Lokali

“Għall-Orizzont, April’s Fool ġie 6 ijiem tard”

Il-ġurnal l-Orizzont jivvinta storja li l-mara tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami se tikkontesta l-elezzjoni ġenerali

Għall-Orizzont, April’s Fool ġie 6 ijiem tard. Dan kien il-post li tellgħet fuq Facebook Ann Fenech Adami, il-mara tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami wara li l-ġurnal l-Orizzont ivvinta storja li se tkun qed tikkonesta l-elezzjoni ġenerali fuq id-9 u l-10 distrett.

Jirriżulta li din l-istorja mhux talli mhi xejn viċin il-verità, iżda hija invenzjoni mill-bidu sal-aħħar.