Internazzjonali

Jinstab splussiv f’appartament f’San Pietruburgu

F’San Pietruburgu fir-Russja ġie evakwat bini residenzjali wara li nstab splussiv f’appartament. L-awtoritajiet irnexxielhom ineħħu kull periklu li seta’ kien hemm.

Is-sejba tal-isplussiv saret waqt tfittxijiet relatati mal-attakk li sar fil-metro ta’ San Pietrburgu l-ġimgħa li għaddiet li fih mietu 14-il persuna.