Waħda mill-affarijiet li se jibqa’ mfakkar għaliha Joseph Muscat hi li għamel ħerba mill-istituzzjonijiet indipendenti ta’ pajjiżna, tant li llum, ħadd m’għandu fiduċja fl-istituzzjonijiet. Issa, wara li kisser l-istituzzjonijiet, qed jipretendi li hu stess jinvestiga, jiddeċiedi u jagħti s-sentenzi dwaru u dwar il-Partit Nazzjonalista. Fi ftit kliem, qed jipretendi li jkun judge and jury.
Kif qalu l-Kummissjonarji Elettorali fl-ittra tagħhom, investigazzjoni mill-Kummissjoni Elettorali tkun qed tikser il-Kostituzzjoni ta’ Malta u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem kif jirriżultaw mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Biss biss, l-maġġoranza tal-membri tal-Kummissjoni Elettorali hi nnominata minn Joseph Muscat.
Il-Partit Nazzjonalista jaqbel li ssir investigazzjoni fuq kull ilment li sar, iżda l-investigazzjoni għandha tkun waħda serja, imparzjali, u b’osservanza tad-drittijiet fundamentali.
//= $special ?>