Futbol Sport

Juventus fil-finali tal-Coppa Italia kontra Lazio

Juventus tilfu kontra Napoli imma xorta għaddew għall-finali

Minkejja li tilfu 3-2 barra minn darhom kontra Napoli, Juventus ikkwalifikaw għall-finali tal-Coppa Italia wara li kienu rebħu l-ewwel leg f’Turin 3-1 biex b’hekk għaddew b’aggregate ta’ 5-4. Fit-2 ta’ Ġunju humma issa jilagħbu kontra Lazio.

F’logħba mimlija emozzjonijiet kien proprju HIGUAIN, li sab ix-xibka b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa biex poġġa lil Juventus fil-vantaġġ kontra l-ekstim tiegħu.

Hekk kif bdiet it-tieni taqsima r-ritmu żied u HAMSIK ġab id-draw b’xutt minn tarf il-kaxxa li bih għeleb lil Neto li kien qed jilgħab minflok Buffon. Madankollu Juventus pront wieġbu b’gowl ieħor ta’ HIGUAIN.

Mas-siegħa logħob Napoli wieġbu u ġabu d-draw b’gowl ta’ MERTENS li approfitta minn żball kbir ta’ Neto li naqas milli jikkontrolla l-ballun.

Sitt minuti wara n-Naplitani marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ b’gowl ta’ INSIGNE li skurja wara li rċieva mingħand Callejon.