Lokali

KONFERMATA: Ġirja fuq il-bjut fil-Qawra twassal għall-arrestat tas-Serb

Is-serb li allegatament faqa' tazza tal-ħġieġ f'wiċċ Ryan Magro
Is-Serb kien arrestat wara ġirja fuq il-bjut fil-Qawra

Ilbieraħ filgħaxija il-Pulizija arrestaw is-Serb li allegatament is-Sibt bil-lejl faqa’ tazza tal-ħġieġ f’wiċċ Ryan Magro fi stabbiliment tal-familja tiegħu f’Buġibba,

Għall-ħabta ta’ l-10p.m. l-pulizija marra fi blokka appartamenti fil-Qawra fejn kellhom informazzjoni li s-Serb imfittex kien f’wieħed mill-appartamenti. Hekk kif is-Serb li kien flimkien ma’ żewġ persuni oħra intebħu bil-preżenza tal-pulizija, huma ppruvaw jaħarbu minn fuq il-bejt u qabżu diversi bjut ta’ residenzi oħrajn, bil-pulizija marru jiġru warajhom. Wara xi ħin l-irġiel ġew iċċirkondati mill-Pulizija u tnjen minnhom ġew arrestati, fosthom is-Serb imfittex.

L-agressur faqa’ t-tazza f’wiċċ il-vittma wara li ħabib tiegħu ntalab biex iħalli l-bar wara li kien qed jiddisturba lill-klijenti l-oħra. U dan minkejja li Ryan ma kellu x’jaqsam xejn, iżda sfortunatament inzerta qiegħed fil-bieb ta’ barra tal-istabbiliment.

Fl-inċident Magro, li hu l-kitarrist tal-kantanta Claudia Fanniello u l-kantant Ozzy Lino, sofra ġrieħi serji f’wiċċu u f’għajnu.

Fl-operazzjoni ħadu sehem 5 uffiċjali tal-Pulizija, is-surġenti Brandon Gauci, Glen Carabott u Gaby Gatt kif ukoll il-kuntistabbli Mark Grech u Keith Scerri.

Aktar kmieni lbieraħ il-pulizija interrogat raġel ieħor mis-Serbja li kien jixbah l-allegat agressur.