Rapport wara l-ieħor dwar prostituzzjoni fil-Marsa qed iwassal għal rondi mill-Pulizija iżda kemm il-prostituti u dawk li jħaddmuhom jibqgħu jaħdmu bla problemi fil-Marsa.
Net News hu nfurmat li ta’ spiss il-Pulizija mill-għases tal-Marsa, il-Ħamrun u sezzjonijiet speċjalizzati tal-Pulizija bħal dawk ta’ kontra l-vizzji qed jirċievu rapporti dwar dan.
Ir-rapporti huma iktar u iktar serji minħabba li fl-aħħar snin fl-inħawi nfetħu stabbilimenti, b’mod speċjali fi Triq Troubridge, li qed jattiraw ukoll familji bit-tfal.
Iżda minkejja li r-rapporti wasslu għal rondi mill-Pulizija, jum wara l-ieħor il-prostituti u min iħaddimhom, xi kultant anke 2 pimps f’daqqa, jibqgħu jaħdmu mingħajr problemi u saħansitra javviċinaw nies li jkunu mexjin miż-żona.
Net News saħansitra hu nfurmat li ta’ spiss min iħaddem lit-tfajliet, Malti, qed jidher jagħmel xenati f’nofs ta’ triq u saħansitra jgħajjat mat-tfajliet quddiem in-nies għax ma jkunx irnexxielhom jikkonvinċu lil dawk li jkunu mexjin fiż-żona.
//= $special ?>