Futbol Sport

REPLAY – Alan da Silva Souza l-aqwa plejer ta’ Frar

Alan da Silva Souza (lemin) jirċievi t-trofew mingħand Luke Dimech (xellug)

Alan da Silva Souza ta’ Balzan F.C hu r-rebbieħ tal-plejer tax-xahar ta’ Frar tal-programm Replay u sponsorjat minn wieħed mill-isponsors ta’ Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija, Videoslots.com.

Interessanti l-fatt li bħal ma jiġri dejjem, il-preżentazzjoni saret mill-eks plejer internazzjonali Malti Luke Dimech li hu rappreżentant ta’ Videoslots.com imma ukoll ekskollega tal-istess Alan da Silva Souza ma’ Valletta.

Flimkien huma kienu rebħu l-Kampjonat Premier flimkien kif ukoll aktar qabel fil-karriera tagħhom, dawn it-tnejn kienu lagħbu ma’ AEK Larnacas fl-ogħla diviżjoni ta’ Ċipru.