Lokali

FILMAT: “L-abbuż fuq in-nisa qiegħed dejjem jiżdied”

L-akkużat għadu mfittex mill-Pulizija u l-Europol

L-att li allegatament għamel raġel Libjan fuq Marokkina fis-Swieqi huwa xi ħaġa li għamel ħsara enormi lill-omm li kienet qed tistenna tarbija, u kellha tqala ta’ xahrejn.

Dan intqal ilbieraħ waqt il-programm NET LIVE fejn bħala mistiedna kien hemm il-Ġinekologa Astrid Camilleri u Mary Gearty, President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. Gearty sostniet bla tlaqlieq illi fil-fehma tagħha “l-abbuż fuq in-nisa qiegħed dejjem jiżdied.

Dr Camilleri minn naħa tagħha spjegat illi apparti l-ħsara li att bħal dan jagħmel fuq il-fetu, tkun qed issir ukoll ħsara fuq il-ġisem tal-omm. “Meta tuża’ sikkina biex tbattal l-utru, se tagħmel ħsara enormi. Tant li l-mara tista’ tiżvina”.

Sadatant, jidher li l-akkużat għadu ma nstabx mill-Pulizija bil-biża’ tikber li l-Libjan seta’ ħarab minn pajjiżna.