Is-Serb ta’ 23 sena, Srdan Simic, wieġeb mhux ħati li darab gravi lil Ryan Magro wara li kissir tazza tal-ħġieġ f’wiċċu fi stabbiliment tal-familja f’Buġibba.
Srdan Simic ġie arrestat flimkien ma’ persuna oħra tard l-Erbgħa filgħaxija. Huma ġew arrestati fi blokka appartamenti fil-Qawra wara li pprovaw jaħarbu hekk kif indunaw bil-preżenza tal-Pulizija.
Fil-Qorti l-allegat agressur wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €5,000. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjoni bil-qawwa.
Sadanittant, Ryan Magro għadu qed jiġġieled għal vista f’għajn minnhom.
//= $special ?>