Andrea Cristea ta’ 31 sena mir-Rumanija hija l-ħames vittma tal-attakk terroristiku f’Londra li seħħ fit-22 ta’ Marzu li għadda.
Il-mara Rumena mietet wara li fl-attakk terroristiku f’Londra kienet ittajjret minn fuq il-Westminster Bridge għal ġo x-xmara Thames. Andreea Cristeam ta’ 31 sena kienet qed iżur Londra mal-maħbub tagħha meta seħħ l-attakk u aktar tard dakinhar kien se jipproponilha.
Bil-mewt ta’ Cristea issa l-vittmi ta’ dan l-attakk telgħu għal ħamsa.