Franċiża welldet b’suċċess tarbija abbord titjira ta’ Turkish Airlines lejn Istanbul grazzi għall-ekwipaġġ f’dik it-titjira.
L-omm bdiet tħoss is-sinjali tat-twelid ftit wara li t-titjira telqet mill-kapitali tal-Guinea u l-membri tal-ekwipaġġ professjonali assistewha sabiex twelled matul it-titjira.
Fortunatament il-mara welldet tifla u semmietha Kadiju.
