Għawdex Lokali

KAŻ IEĦOR SERJU: Akkużi fuq Pulizija li nqabad bid-droga f’Għawdex

Il-każ ta' indħil politiku ma kienx l-uniku każ ta' droga f'Għawdex fejn kien hemm taħwid

Każ ieħor ta’ droga f’Għawdex, din id-darba minn Pulizija. Każ li seħħ is-sena li għaddiet u li dwaru saret mistoqsija Parlamentari lill-Ministru tal-Intern Carmelo Abela.

Il-każ ġie żvelat ilbieraħ fil-programm NET LIVE mill-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius.

“Jien l-informazzjoni li għandi hi li dan il-każ ried jiġi ‘covered’ minn xi ħadd”, qal id-Deputat Nazzjonalista fil-programm.

Dan il-każ juri kif l-istorja ta’ dak kollu li seħħ fil-Ministeru ta’ Għawdex fejn kien hemm indħil minn żewġ politiċi biex jinbidel statement dwar traffikar ta’ droga, ma kienx każ iżolat.

Id-domanda Parlamentari dwar l-arrest ta’ dan il-Pulizija għadha trid tiġi mwieġba minn Carmelo Abela.