Lokali

Kulleġġ Santa Margerita – Iftaħ tieqa għall-paċi

L-istudenti tal-Kulleġġ Santa Margerita, Verdala Bormla, qed jorganizzaw esebizzjoni li ilha ssir kull sena għal dawn l-aħħar 32 sena.

L-esebizzjoni ta’ din is-sena għandha t-tema ta’ Paċi u Armonija. Rita Debattista li hi l-Kap tad-Dipartiment tal-Geografija, i kkordinat il-wirja flimkien mal-istudenti.

Studenti li tkellimna magħhom qalulna li fid-dinja hawn wisq gwerer u ġlied u jixtiequ jagħmlu xi ħaġa biex inaqqsu t-tbatija li jgħaddu minnha n-nies minħabba l-ġlied. Għalkemm qalulna li m’għandhomx poter biex iwaqqfu l-gwerer jistgħu imma jqajjmu aktar kuxjenza fost studenti oħra bħalhom li bil-paċi nistgħu ngħixu f’dinja aħjar.

Il-biċċiet tax-xogħol li saru mill-istudenti għall-wirja saru b’metodi differenti ta’ tagħlim bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom