Internazzjonali

L-Istati Uniti tibda attakk mill-Mediterran fil-konfront tas-Sirja; sparati 59 missila

Matul il-lejl li għadda il-President Amerikan Donald Trump ordna sensiela ta’ attakki bil-missili tat-tip cruise fuq bażi tal-ajru Sirjana.  Dan b’reazzjoni għall-attakk b’armi kimiċi tal-aħħar jiem li fih mietu diversi ċivili, fosthom tfal.

Il-missili, 59 b’kollox, kieu sparati permezz ta’ żewġ bastiment li jinsabu fil-Mediterran, l-USS Porter u l-USS Ross.

L-attakk seħħ għall-ħabta tal-4:40am bil-mira tkun tagħmir assoċjat mal-armi kimiċi Sirjani.

Fuq l-istazzjon nazzjonali Sirjan l-attakk mill-Istati Uniti kien deskritt bħala “aggressjoni Amerikana”.

Minn naha tiegħu il-President Amerikan Donald Trump appella pajjiżi oħra biex jwaqqfu dak li qed jiġri fis-Sirja.