Lokali Unjoni Ewropea

Malta bl-ogħla żieda fil-prezzijiet tad-djar

Mill-Arkivji

Minn ċifri ippubblikati mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea dwar l-indiċi tal-prezzijiet tad-djar għall-aħħar kwart tas-sena li għaddiet jiġifieri Ottubru, Novembru u Diċembru,  jirriżulta li Malta kellha l-ogħla żieda fil-prezzijiet tad-djar fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbla mat-tliet xhur ta’ qabel.

Fil-fatt, iż-żieda fil-prezzijiet tad-djar f’Malta kienet 6 fil-mija, jiġifieri ferm ogħla mill-medja ta’ 0.8 fil-mija fiż-Żona Ewro u fil-pajjiżi tal-UE.

Wara Malta, l-akbar żidiet kienu fir-Repubblika Ċeka b’żieda ta’ 4.7 fil-mija, l-Olanda b’żieda ta’ 3.2 fil-mija u Ċipru b’żieda ta’ 3.1 fil-mija.

Minn naħa l-oħra l-ikbar tnaqqis fil-prezzijiet tad-djar fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet meta mqabbel mat-tliet xhur ta’ qabel kien hemm id-Danimarka bi tnaqqis ta’ 1.5 fil-mija, il-Kroazja bi tnaqqis ta’ 0.6 fil-mija u l-Belġju bi tnaqqis ta’ 0.4 fil-mija.

Mill-Arkivji