Lokali

Petizzjoni kontra l-multa ta’ €7,000 li weħel raġel li kritika lill-Ministru

Bdiet tinxtered petizzjoni fuq l-internet biex titnaqqas il-multa ta’ €7,000 li weħed raġel li żvoga l-frustrazzjoni tiegħu kontra l-Ministru Joe Mizzi.

Il-petizzjoni hija indirizzata lill-Gvern, u fiha ssir talba lill-Gvern biex inaqqas il-multa. Il-petizzjoni tfakkar li dak li kteb il-vittma kien riżultat ta’ inkonvenjent kbir fiż-żona fejn jgħix.

Agħfas hawn għall-petizzjoni

Ilbieraħ il-Qorti sabet dak li kiteb raġel mill-Birgu kien malafamanti meta żvoga l-frustrazzjoni tiegħu dwar ix-xogħolijiet fil-Birgu fuq Facebook kontra l-Ministru Joe Mizzi. Lawrence Grech, ta’ 58 sena kien ilu jissapporti l-inkonvenjent ta’ xogħolijiet fit-triq tiegħu li kienu ilhom għaddejjin għal sena u nofs.

Iżda l-paċenzja tiegħu laħqet il-limitu wara li f’Diċembru 2015, bdew xogħolijiet fi triq biswit fejn joqgħod hu minħabba żjara statali tar-Reġina Eliżabetta it-Tieni. Grech kien urtat għall-fatt li għal din it-triq partikolari, kienu assenjati 12-il ħaddiem li lestewha fi żmien qasir wara sena u nofs ta’ tkarkir.