Lokali Saħħa

Prijorità lis-saħħa mentali

Mill-Arkivji

Fil-Jum Dinji tas-Saħħa, l-Partit Nazzjonalista appella biex is-saħħa mentali tingħata l-prijorità kif qed issostni li għandu jsir l-Għaqda Dinija tas-Saħħa.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija maħruġa minn Claudette Buttiġieġ, ix-Shadow Minister għas-Saħħa u mid-Deputati  Peter Micallef u Michael Gonzi qal li se  jikkommetti ruħu li ma jipprivatizzax dan is-settur tant fraġli tas-Saħħa Mentali kif qed jikkontempla li jagħmel il-Gvern Laburista.

Il-PN sostna li b’ħidma kollettiva qed jindirizza l-problemi u jagħmel riformi biex is-saħħa mentali tkun parti ewlenija mis-servizzi tas-saħħa ta’ pajjiżna.