Pazjenta li sfat vittma ta’ żball serju waqt kura li kienet qed tingħata, fetħet protest ġudizzjarju kontra l-Ministru Chris Fearne u t-tmexxija tal-Isptar Mater Dei. Il-każ jirrigwarda pazjenta partikolari illi spiċċat bi “swab” ġewwa ferita fonda li suppost kienu qedgħin idewwulha wara intervent kirurġiku sempliċi.
Dan il-fatt ħareġ fil-beraħ wara hafna xhur peress li bdiet tisponta l-istess “swab” mill-ferita li baqgħet ma fieqitx. Bil-konsegwenza li din il-pazjenta kellha konsengwenzi serji f’sahhitha li sallum għadhom mhux ikkurati.
Fil-protest, prezentat fil-Qorti illum, jingħad illi l-mara sofriet anke effetti psikologici peress li ghal hafna xhur, sakemm spuntat l-“iswab” wahedha, xi membri tal-istaff mediku kienu qedghin jghidulha li qed tghaggibha u li sahansitra qed tiffissa.
Eventwalment iżda, anke id-Direttur Kliniku ta’ Mater Dei Joe Zarb Adami ammetta li sar dan l-izball ohxon, u talab apologija. Zarb Adami sostna li Mater Dei ghandu jitghallem minn dan l-izball biex il-pazjenti jigu tratti ahjar.
Il-mara ilha sentejn u nofs għaddejja b’din is-saga.
Il-protest ġudizzjarju ġie prezentat mill-avukat Bernard Grech.
//= $special ?>