Lokali

“Rajna tal-linja ġejja għal wiċċna, in-nies bdew iwerżqu” – inċident bejn żewġ karozzi tal-linja fir-Rabat

Iż-żewġ karozzi tal-linja ħabtu ġenb ma' ġenb

Inċident bejn żewġ karozzi tal-linja fir-Rabat seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi .

Iż-żewġ karrozi ħabtu ġenb ma’ ġenb fi triq Nikol Saura, triq ewlenija tar-Rabat hekk kif kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni opposta.

Persuni li kienu f’waħda minn tal-linji qalulna li l-passiġġiera “bdew iwerżqu” hekk kif raw ix-xarabank ġejja ma’ wiċċhom.