F’post fuq Facebook, l-eks Deputat Laburista Marlene Farrugia kompliet tikkonferma li d-diskussjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku jinsabu fi stadju avvanzat.
Flimkien (ma’ Simon Busuttil), se nassiguraw rebħa għall-poplu Malti u Għawdxi kollu, rebħa li tkun ta’ leġiżlatura kollha, u mhux li tintilef ġimgħa wara l-elezzjoni.
Fil-post tagħha fuq Facebook, l-eks Deputat Laburista li rriżenjat mill-Partit Laburista minħabba l-kriżi ta’ korruzzjoni fil-Gvern, qalet li Simon Busuttil hu “żgħir biżżejjed biex iżommok, matur biżżejjed biex imexxi, u b’saħħtu biex iwettaq”.
Fi stqarrija lbieraħ, il-Partit Nazzjonalista qal li minbarra l-governanza tajba, iż-żewġ naħat jaqblu li għandhom jiffukaw il-ħidma komuni tagħhom biex l-ekonomija tkun sostenibbli u minnha jgawdi kulħadd, fuq il-ġustizzja soċjali, fuq il-ħarsien xieraq tal-ambjent u fuq it-tiġdid Kostituzzjonali li għandu bżonn il-pajjiż.