Id-Difensur ta’ Valletta Steve Borg ġie sospiż 4 partiti mill-Kummissarju ta’ Dixxiplina fi ħdan l-MFA, wara r-rebħa li għamlu Valletta kontra Hibernians nhar l-Erbgħa li għadda. Uchenna Umeh Calistus ta’ Valletta ġie sospiż partita.
Il-plejer ta’ Balzan, Samir Arab ġie sospiż żewġ partiti u se jitlef il-konfronti kontra B’kara u St. Andrews.
Il-Midfielder ta’ Floriana Steve Pisani ġie sospiż partita filwaqt li t-Team Manager ta’ Floriana, Anthony Grech Sant ġie sospiż żewġ partiti milli jinżel fuq il-bankina.
Is-Serb ta’ Ħamrun Spartans ġie sospiż partita u jitlef dik kontra Sliema Wanderers.
//= $special ?>