Internazzjonali

FILMAT: Trakk misjuq għal fuq in-nies fi Stokkolma; 4 mejta u diversi midruba

Fl-aħħar ħin: Vann kien misjuq għal fuq in-nies fi triq popolari fi Stokkolma.

Sa issa 4 persuni kienu konfermati mejta u diversi persuni oħra midruba. L-agressur jidher li rnexxielu jaġrab minn fuq il-post.

Dak il-każ qed jitqies bħala attakk terroristiku.

Qed ikun rappurtat li f’żona oħra fi Stokkolma hemm sensiela ta’ sparaturi.

Fl-aħħar ħin kienet arrestata persuna relatat ma’ dan l-attakk.

Fi tweet il-Kap tal-Partit Nazzjonalista  Simon Busuttil ddeskriva l-aħbar tal-attakk bħala terribbli waqt li esprima solidarjeta’ mal-poplu Żvediż.