Lokali

AĠĠORNATA Inċident f’Għawdex – Iġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular f’wied

Mill-Arkivji

Żagħżugħ minn Nadur kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li nqaleb bil-Jeep.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.30 ta’ dalgħodu fi Triq l-Għejun, fix-Xagħra, qrib il-Bajja tar-Ramla l-Ħamra meta għal xi raġuni mhux magħrufa s-sewwieq ta’ 19-il sena tilef il-kontroll bil-konsegwenza li waqa’ sular għal isfel u spiċċa fil-wied.

Fuq il-post issejħet immedjatament għall-għajnuna tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura.

Huwa ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.