Lokali

AWDJO: L-inkjesta fl-iskandlu tad-Droga f’Għawdex toqgħod fuq dak li qalu l-Ministri

Il-konklużjoni tal-inkjesta dwar l-indħil politiku f’każ ta’ traffikar ta’ droga jikkonfermaw dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li l-inkjesta hija whitewash, cover-up sħiħ, biex tgħatti dak li tassew ġara.

Ir-rapport t’inkjestà dwar il-każ tad-Droga f’Għawdex qagħad fuq dak li qalu l-Ministri li allegatament kienu involuti f’dan il-każ jiġifieri il-Ministru Manuel Mallia, u l-Ministru Anton Refalo.

Fil-fatt ir-rapport ta’ inkjesta jgħid li mix-xhieda taż-żewġ Ministri ma rriżulta xejn li jbiddel ir-rapport ta’ inkjesta. Il-Ministri xehdu li huma qatt ma kellhom laqgħa.

Ir-rapport jikkonkludi li f’dan il-każ ma kienx hemm indħil politiku, kuntrarju għal dak li kien allegat fil-ġimgħat li għaddew. Ir-rapport ta’ inkjesta li sar minn kandidat Laburista, kien ilu għand il-Prim Ministru numru ta’ ġranet.

Fir-reazzjoni tiegħu għal dan ir-riżultat tal-inkjesta l-editur tal-MaltaToday, li kienet żvelat dan il-każ, fisser din l-inkjesta bħala ċajta. Hu qal li l-inkjesta naqqset milli tinvestiga.

Reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista: Whitewash

Il-konklużjoni tal-inkjesta dwar l-indħil politiku f’każ ta’ traffikar ta’ droga jikkonfermaw dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li l-inkjesta hija whitewash, cover-up sħiħ, biex tgħatti dak li tassew ġara.

Il-Bord ta’ Inkjesta mmexxi minn eks kandidat Laburista, lanqas biss kellu d-diċenza bażika jieħu x-xhieda ta’ nies li kellhom informazzjoni utli dwar il-każ, inkluż ix-xufiera tal-Ministri li allegatament indaħlu fil-każ, il-persuni nvoluti, il-Pulizija tal-iskorta, il-Pulizija nvoluti fl-investigazzjonijiet, lix-Shadow Minister Chris Said, kif ukoll il-filmati tal-kameras tas-sigurtà barra l-Ministeru t’Għawdex.

Mhux ta’ b’xejn li l-konklużjonijiet tal-inkjesta huma cover-up mill-bidu sal-aħħar.

Huwa ta’ għajb kbir għall-Prim Ministru li quddiem evidenza ċara ta’ indħil politiku f’każ ta’ traffikar ta’ droga, iqabbad inkjesta farsa li, kif mistenni, għamlet cover-up għal dak li ġara.

Dan il-każ ma jħalli ebda dubju li l-bejn l-interess politiku tiegħu u l-interess tal-vittmi tad-droga u tal-ġenituri, Joseph Muscat jagħżel l-interess politiku.

F’pajjiżna, ir-rispett lejn il-ħarsien tal-liġi u l-buon ordni issa jinsab f’kollass totali. Bir-raġun il-poplu Malti inkwetat dwar is-sigurtà.