Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar persuni qed iħossu lill-Partit Nazzjonalista bħala l-għażla naturali tagħhom għall-elezzjoni ġenerali li ġejja.
Waqt edizzjoni tal-programm “Tagħna Lkoll” li xxandar din il-ġimgħa fuq Radio 101, numru sostanzjali ta’ persuni ddikjaraw li sal-elezzjoni ġenerali li għaddiet kienu jimmilitaw fil-Partit Laburista.
Madankollu, issa jħossu li l-Partit Laburista u l-Mexxej Laburista Joseph Muscat daħqu bihom, filwaqt li sabu l-wens politiku fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Għaldaqstant, waqt il-programm immexxi minn David Agius, huma ddikjaraw li għall-ewwel darba f’ħajjithom, fl-elezzjoni ġenerali li ġejja se jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista.
Huma ddikjaraw li qatt f’ħajjithom ma ħasbu li se jagħmlu dan il-pass, iżda waslu għal dan il-pass wara numru ta’ deċiżjonijiet ħżiena u diżastrużi li ħa Muscat u dawk ta’ madwaru.
//= $special ?>