Lokali

FILMAT – Żewġ anzjani involuti f’inċident tat-traffiku fil-Bypass tal-Gudja

Żewġ  anzjani ttieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ ftit qabel is-sagħtejn ta’ wara nofsinhar fil-Bypass tal-Gudja, meta għal xi raġuni mhux magħrufa seħħ impatt bejn Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 80 sena mill-Imqabba u Toyota Dyna misjuq minn raġel ta’ 43 sena minn Ħal Għaxaq.

Fuq il-post issejħet minnufih l-assistenza tal-pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-anzjan kif ukoll passieġiera li ta’ 77 sena mill-Imqabba stess li kien hemm riekba miegħu.

Filwaqt li t-triq ingħalqet għat-traffiku għal xi ħin sabiex il-pulizija twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa, iż-żewġ anzjani ġew ċertifikati li ġarbu ġrieħi gravi