Lokali

Niġerjan jintbgħat 15-il sena ħabs

Niġerjan ġie kkundannat 15-il sena priġunerija u mmultat €30,000 wara li nstab ħati b’assoċċjazzjoni u traffikar ta’ droga kokaina lura f’Ottubru ta’ 5 snin ilu.

Dan hekk kif bi tmien voti kontra wieħed, il-ġurati sabu lill-Kingslee Wilcox, ħati fuq iż-żewġ kapi ta’ akkuża.

Filwaqt li l-Imħallef Edwina Grima spjegat li jekk ma jħallasx il-multa din se tkun qed tinbidel f’sena oħra ħabs, hija ordnat ukoll lill-akkużat sabiex iħallas aktar minn €3,000 fi spejjeż tal-Qorti.