Raġel miż-Żurrieq kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident, din id-darba fi Triq Valletta, f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma ta’ 53 sena waqa’ madwar 7 filati minn fuq container waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post ġiet imsejħa l-assistenza ta’ tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura. Huwa ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>

