Lokali Sport

It-tielet ġurnata tat-Tour ta’ Malta 2017

Ilbieraħ tkompliet it-23 edizzjoni tat-Tour ta’ Malta u l-Maltija Marie Claire Aquilina telgħet fl-ewwel post tal-klassifika tan-nisa għall-ewwel darba. Dan hekk kif kellha wirja mill-aqwa fit-tielet tappa tat-Tour li saret f’tellieqa ta’ 60 km fin-Nadur f’Għawdex.

Il-Grieg Lukas Katapodis ta’ Pigasos Cycling Club iddefenda l-flokk l-aħmar filwaqt li Elite Matthew Higgins hu l-lider il-ġdid fil-kategorija Elite. Dan minkejja li t-tielet tappa tal-bieraħ intrebħet minn Henrik Forland ta’ Velostrada Test Team f’ħin ta’ siegħa u nofs. Matthew Higgins temm fit-tieni post filwaqt li Matthew Davies ta’ Rhino Race Team Velo daħal it-tielet.

Fil-kategorija tal-Masters rebaħ Dave Griffits ta’ Mammoth Life Style f’ħin ta’ siegħa u tliet minuti u warajh daħal Jim jones ta’ Velo Vitesse. Fit-tielet daħal Ian Knights.

Fit-tielet tappa Elice Sharp rebħet it-tellieqa u fit-tieni post daħlet Ellen McDermott