Minflok jittella’ l-Qorti, il-Pulizija qalet li se tindaga aktar fil-każ tal-eks Segretarju Ġenerali Laburista Jimmy Magro – dan wara li f’Jannar li għadda il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni qalet li Jimmy Magro għandu jittella’ quddiem il-Qorti Kriminali wara li dan talab għal sehem mill-flus minn tender li ingħata mill-Gvern.
The Times of Malta żvelat li sorsi mill-Pulizija qalu li minkejja l-konklużjoni tal-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni – li Jimmy Magro għandu jwieġeb għall-allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu – il-Pulizija rrispondiet li l-investigazzjonijet dwar il-każ għadhom għaddejjin.
Mill-investigazzjoni tal-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni, immexxija mill-Imħallef Lawrence Quintano, waslet għall-konklużjoni li hi konvinta’ dan hu każ ta’ korruzzjoni jew attentat ta’ korruzzjoni minn uffiċjali pubbliku – u li deċiżjoni dwar dan l-każ ta’ Jimmy Magro trid tittieħed mill-Qorti.
Meta intalab jixhed il-persuna li rebaħ it-tender, Victor Bonello, hu qal li Jimmy Magro kien talbu sabiex jagħtih sehem mill-flus tat-tender – b’hekk din tkompli żżid il-pressjoni fuq il-Pulizija sabiex jinvestigaw lill-eks Segretarju Ġenerali Laburista Jimmy Magro. Iżda minnbarra l-flus mit-tender, fir-rapport tal-Kummissjoni hemm imniżżel ukoll li Jimmy Magro talab lil dawk li tefgħu l-offerti għat-tender għall-ġita fi Franza li tammonta għal madwar €5,000. Jimmy Magro ingħata din il-kariga, li taqa’ taħt il-Malta Enterprise, mill-Ministru Chris Cardona.
Ftit wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ kundanna – Jimmy Magro ġie sospiż mill-kariga tiegħu ta’ Chariman Eżekuttiv tal-Major Projects Coordinating Agency – fejn Times of Malta żvelat ukoll li Jimmy Magro għadu qed jirċievi nofs il-paga tiegħu, paga li taqbeż €80,000 fis-sena.
//= $special ?>