3 Libjani ġew arrestati grazzi għall-intervent tal-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra flimkien mal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
Il-każ seħħ matul il-lejl hekk kif il-Pulizija wettqu raid f’appartament fi Triq il-Ġifen, f’San Pawl il-Baħar.
Il-Libjani nstabu fil-pussess tad-droga kannabis bl-intezzjoni ċara li kienu qed jippjanaw biex jitraffikawha.
Huma mistennija jitressqu l-qorti fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>