Internazzjonali

Arrestat raġel b’rabta mal-attakk fiċ-ċentru tal-kapitali Żvediża

Raġel mill-Uzbekistan, li kien identifikat bħala Rakhmat Akilov ta’ 39 sena,  kien arrestat b’rabta mal-attakk li fih trakk instaq għal fuq in-nies fiċ-ċentru tal-kapitali Żvediża.

Dan filwaqt li l-vittmi tal-attakk li seħħ nhar il-Ġimgħa fi Stokkolma kienu identifikati bħala żewġ Żvediżi kif ukoll Belġjan u Ingliż.